Ritratti: Il-President ta’ Malta żżur l-istudenti ta’ Santa Margerita

Bl-għan li jippromwovu l-ġenerożità fi żmien il-Milied, iċ-Ċentru LEAP tal-Kottonera, b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ Santa Margerita u Appoġġ ħarġu bl-inizjattiva ‘Ngħinu Flimkien ma’ Santa’.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca attendiet l-avveniment li sar fl-iskola primarja ta’ Santa Margerita fil-Vittorjosa.
Waqt dan l-avveniment, it-tfal kellhom ċans li jiddiskutu kif jista’ jkun hemm komunitajiet u skejjel ideali.