Ritratti: Il-President qalb it-tfal bid-Down Syndrome

Fl-okkażjoni tal-bidu tal-Ġimgħa għad-Down Syndrome il-President awgurat lit-tfal u l-familji tagħhom biex ikun hemm opportunità li naraw it-tfal u ż-żgħażagħ fl-aqwa tagħhom.
Dan kien l-awgurju tal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-bidu tal-attivitajiet fl-okkażjoni ta’ Down Syndrome Week, liema attivitajiet huma organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija għad-Down Syndrome.
Fid-diskors tagħha, il-President tkellmet dwar l-inklużjoni filwaqt li rringrazzjat lill-ġenituri tat-tfal u taż-żgħażagħ bil-kundizzjoni tad-down syndrome tal-ħidma tagħhom, mhux biss ma’ uliedhom iżda wkoll mas-soċjetà Maltija.
B’referenza għat-tema ta’ din is-sena, ‘X’qed nagħti lill-Komunità’, il-President Coleiro Preca qalet li mill-esperjenza tagħha fil-komunitajiet, “dawn iż-żgħażagħ u t-tfal iġibu ħafna ferħ fil-komunità Maltija”.
Spjegat li dan huwa ferħ għall-abbiltajiet diversi tagħhom li ma nindunawx bihom jekk ma jkollniex għajnejna miftuħin.
Qalet ukoll li dawn it-tfal u ż-żgħażagħ iġibuna iktar sensittivi għall-ħajja u għal ċerti sfidi u jagħmluna aħjar bħala komunità.
Ritratti: OPR