Ritratti: Il-President mat-tfal, familji u mużiċisti

Hekk kif jasal il-Milied, bosta rħula u għaqdiet iħejju attivitajiet u kunċerti mużikali għall-familja kollha. Dan biex jibnu atmosfera ħelwa bi tħejjijja għall-festi.
Fl-aħħar jiem, il-President ta’ Malta attendiet bosta attivitajiet fejn tkellmet ma’ diversi tfal, familji u mużiċisti li kollha qegħdin jipparteċipaw b’għan wieħed: dak li jħallu tbissima ħelwa fuq l-uċuħ ta’ dawk kollha li jattendu, filwaqt li jiġbru flus għal nies li huma forsi inqas ixxurtjati.
Fost l-attivitajiet kien hemm dik għall-familja kollha organizzata f’Ħal Safi, il-kunċert mużikali I Filarmonici Di Roma, immexxi mill-Maestro Uto ughi f’Dar il-Mediterran u Milied fil-Pjazza f’Birżebbuġa.
Ritratti: OPR