Ritratti: Il-President Malti jattendi ċerimonja b’tifkira tal-bidu tat-2 Gwerra Dinjija

Il-President George Vella attenda ċerimonja uffiċjali biex ifakkar it-80 anniversarju minn dakinhar li faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija. Iċ-ċerimonja saret fil-Pjazza Piłsudski, f’Varsavja.

Mal-wasla fil-Pjazza, il-President Vella ġie milqugħ mill-President tal-Polonja Andrzej Duda.

Il-President Andrzej Duda u l-President tal-Ġermanja Frank-Walter Steinmeier, kif ukoll il-Viċi-President tal-Istati Uniti Michael Pence taw diskorsi lill-mistidnin distinti dwar is-sinifikat taċ-ċerimonja biex tonora lil dawk li mietu waqt li kienu qed jaqdu dmirhom u dwar il-qerda u riżultati traġiċi minħabba ideoloġiji żbaljati.

Iċ-ċerimonja ntemmet permezz ta’ tqegħid ta’ kuruna fil-Qabar tas-Suldat Mhux magħruf fil-pjazza ta’ Paysudski.