Ritratti: Il-President mal-pazjenti Maltin f’Londra

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret ħames sptarijiet f’Londra fejn pazjenti Maltin jintbagħtu għal kura speżjalizzata.
F’dawn l-isptarijiet, f’Guy’s Hospital, Avelina Hospital, St Thomas Hospital, St Bart’s Hospital, u Charing Cross Hospital, il-President Coleiro Preca ltaqgħet mal-amministrazzjoni tagħhom, fejn ingħatat tagħrif dwar l-isptarijiet kif ukoll dwar il-kura speċjalizzata li tingħata.
Il-President irringrazzjat lill-ħaddiema f’kull sptar li żaret, għas-servizzi ta’ kura li jingħataw lill-pazjenti Maltin, u ħeġġet biex din il-konnessjoni u ħbiberija bejn il-Maltin u l-isptarijiet Ingliżi tkompli tissaħħaħ.
B’turija ta’ apprezzament, il-President ippreżentat donazzjoni għar-riċerka dwar il-mard tal-kanċer lill-entitajiet li jagħtu appoġġ lill-isptarijiet rispettivi li żaret.
F’kummenti lill-midja, il-President qalet li tħossha kburija biż-żgħażagħ speċjalisti Maltin li ltaqgħet magħhom f’din iż-żjara. Saħqet li dawn l-ispeċjalisti Maltin qed jagħmlu isem sabiħ lil Malta.