​Ritratti: Il-President iżżur is-Sorijiet Agostinjani f’Londra

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-komunità tas-Sorijiet Agostinjani f’Londra.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President ikkwota lil Coleiro Preca tgħid li bħal kull sena l-laqgħa mis-Sorijiet Agostinjani tkun waħda mill-aktar emozzjonijiet.
Irrimarkat li l-proġett tal-iżvilupp tad-dar miexi b’pass mgħaġġel.
Il-President stqarret li tħossha kburija li permezz ta’ fondi mill-Istrina, is-Sorijiet ikunu jistgħu jilqgħu pazjenti Maltin u Għawdxin f’ambjent aktar komdu.
Ilbieraħ, il-President kienet preżenti għall-iffirmar ta' ftehim bejn il-President's Trust u l-Life Charity fir-Renju Unit, organizzazzjoni mhux governattiva li tieħu ħsieb netwerk li jgħin tfajliet tqal u ommijiet bla dar fir-Renju Unit. 
Il-ftehim huwa dwar proġett li permezz tiegħu tiġi offruta l-għajnuna lill-ommijiet żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-24 sena. 
Il-proġett Y-Assist f'Malta huwa simili għal dak tal-Life Charity.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech