Ritratti: Il-President iżżur il-Kroazja

Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Edgar Preca jinsabu fil-Kroazja għal żjara statali.
Aktar kmieni llum, f'Zagreb saret iċ-ċerimonja uffiċċjali fil-Palazz Presidenzjali fejn ġew milqugħa mill-President tar-Repubblika tal-Kroazja Kolinda Grabar-Kitarović and mis-Sur Kitarović.
Fil-laqgħa, il-President qalet li permezz ta’ ħidma konġunta, il-kummerċ tal-intrapriżi Maltin u Kroati se jikber iżda se jikbru u jespandu wkoll is-swieq ta’ bejniethom
Sostniet li l-pożizzjonijiet rispettivi taż-żewġ pajjiżi fin-Nofsinhar u Lvant tal-Unjoni Ewropea tagħmilhom kollaboraturi mhux kompetituri. 
Il-President qed tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tal-Gvern Malti fosthom il-Ministru għall-Familja Michael Falzon, Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius. Flimkien, huma kellhom numru ta' laqgħat bilaterali mal-Gvern Kroat.
Ritratti: DOI – Clifton Fenech