Il-President ta’ Malta George Vella llum poġġa l-fjuri mal-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.
Vella għamel dan fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja.
Mal-istess monument ta’ spiss jitpoġġew ritratti, xemgħat, messaġġi, u anke fjuri f’ġieħ il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Però, ta’ kuljum dawn jitneħħew minn ħaddiema tal-Gvern jew nies oħra.
Fuq Facebook, il-grupp tal-attivisti Occupy Justice tellgħu ritratti li juru li wħud minn dawn l-affarijiet tpoġġew wara li spiċċat iċ-ċerimonja tal-President.
Victory Day#DaphneCaruanaGalizia#Invicta#occupyjustice
Posted by Occupy Justice Malta on Sunday, September 8, 2019