Ritratti: Il-President f’ċerimonja tal-invażjoni tal-Belġju mill-Ġermanja

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca rrappreżentat lil Malta waqt żewġ ċerimonji kommemorattivi tal-100 anniversarju tal-invażjoni tal-Ġermaniżi fil-Belġju u l-ksur tan-newtralità Belġjana.
Wara, il-kapijiet kollha tal-istati u gvernijiet kienu mistiedna għall-ikla ta’ filgħaxija mir-Re Philippe u l-Prinċipessa Mathilde.
Il-President Coleiro Preca kellha wkoll laqgħa informali mal-Prim Ministru tal-Alġerija. 
Hija kienet akkumpanjata mis-Sur Edgar Preca u l-Ambaxxatur Malti għall-Belġju Ray Azzopardi.
Ritratti:DOI – Jeremy Wonnacott