Ritratti: Il-PM jgħid li l-Gvern se jħallas ir-restawr tan-niċċa tar-Redentur

llum, il-Prim Ministru Joseph Muscat wiegħed li l-Gvern se jkun qed iħallas ir-restawr fuq in-niċċa li fiha tkun esposta l-istatwa tar-Redentur fil-Knisja Parrokjali tal-Isla.
Dan seħħ waqt iċ-ċerimonja fejn inkixfet l-istatwa tar-Redentur li kienet ilha għaddejja minn restawr għal dawn l-aħħar disa’ xhur.
L-Arċipriet Kan. Dun Robin Camilleri ħabbar li se jitkompla x-xogħol fuq in-niċċa li se jkun jiswa total ta’ €18,000. L-Arċipriet qal ukoll li x-xogħol fuq in-niċċa mistenni jintemm fi żmien qasir.
Ritratti: Ian Noel Pace