Ritratti: Il-PM iżur lill-Għawdxin

DOI - Clodagh O'Neill

Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-ħaddiema li qed jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19 f’Għawdex.

Akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, il-Prim Ministru żar il-ħaddiema tal-Gozo Channel fit-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa, u wara żaru l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Prim Ministru żar numru ta’ swali, kif ukoll unit ta’ emerġenza li ġiet maħluqa fl-iskola medika Barts b’rabta mal-imxija tal-Covid-19.

Huwa żar ukoll l-Aġenzija Sapport fix-Xewkija, li bħalissa qed tagħmel xogħol b’rabta ma’ tqassim tal-ikel lill-familji vulnerabbli.

Dr Abela mar ukoll fil-ħeliport, fejn hemmhekk hemm l-ambulanzi tal-ajru u anke ċ-Ċentru tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jikkontribwixxu f’din il-ġlieda kontra din il-pandemija, u wassal ukoll messaġġi ta’ kuraġġ.