Ritratti: Il-PL jibda jbigħ il-flokkijiet u r-ritratti tal-PM

Il-Partit Laburista beda jiċċelebra dik li tidher li se tkun rebħa assoluta għalih fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b’diskrepanza li sorsi ta’ Newsbook.com.mt qegħdin jgħidu li hi ta’ aktar minn 50,000 vot. Dan billi ramaw imwejjed b’affarijiet tal-Partit Laburista għall-bejgħ.

Quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-PL fil-Ħamrun, jidher li hemm flokkijiet, maggijiet għall-bejgħ bil-frażi Malta f’Qalbna, u l-logo tal-PL. Apparti dawn, hemm ukoll kwadri bir-ritratti ta’ Joseph Muscat u maggijiet b’wiċċ il-Mexxej tal-PL fuqhom.

Il-Partit Nazzjonalista ma ramax bl-istess mod. Għall-ħabta tal-10.45am, il-Kap tal-PN Adrian Delia deher dieħel fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.