Ritratti: Il-pjazza tas-Santwarju ta’ Pinu tibda tilbes il-mużajk

Għaddej ġmielu l-proġett li għaddej madwar is-Santwarju Nazzjonali ta' Pinu li kuljum jiġbed lejh mijiet ta' devoti Maltin, Għawdxin u turisti.
Minn żar is-Santwarju fl-aħħar xhur, innota li l-pjazza ta' quddiem is-Santwarju Bażilika ma għadux parkeġġ iżda dan resaq għal żona oħra fil-viċin.
Issa, din il-pjazza, tista' tgħid se tkun estensjoni tas-Santwarju. Bħalissa beda x-xogħol tat-tqegħdin tal-mużajk madwar il-knisja.
Il-mużajk se jkun qed jirrapreżenta l-misteri tar-Rużarju. 
Ix-xogħol qed isir mill-Patri Ġiżwita Marco Rupnik li huwa artist rinomat tal-mużajk internazzjonalment.