Ritratti: Il-partita tat-tim nazzjonali tal-Waterpolo se tintwera fuq il-PBS

Ftit sigħat qabel il-ftuħ tal-kampjonati Ewropej tal-waterpolo, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mat-team nazzjonali tal-waterpolo u awguralu għas-success diġà miksub hekk kif din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-waterpolo Malti li t-team Malti qed jikkompeti f’dan il-livell.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jibqa’ ta’ spalla għal dan l-isports u dixxiplini oħrajn li fihom Malta tagħmel suċċess.
Min-naħa tiegħu, il-president tal-Aquatic Sports Association (ASA) Joe Caruana Curran irringrazzja lill-Prim Ministru u tal-inkoraġġament li qed jagħti lit-team Malti.
Caruana Curran qal li ddispjacih bil-kummenti tal-Oppożizzjoni u qal ukoll illi sab għajnuna kbira mill-Gvern, speċjalment mill-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius.
Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li l-istazzjon nazzjonali PBS se jkun qed ixandar il-logħob tat-team Malti u li l-Enemalta flimkien ma’ Shanghai Electric Power se jkunu qed jisponsorjaw ix-xandira.

Ritratti: DOI – Omar Camilleri