Ritratti: Il-Parlament iċċirkondat bil-barriers

Read in English.

Il-Pulizija ċċirkondaw il-bini tal-Parlament b’numru ta’ barriers, possibilment minħabba l-protesta li se ssir illejla mis-soċjetà ċivili.

Nhar il-Ħamis li għadda, quddiem il-Parlament, weġġgħu żewġ uffiċjali tal-Pulizija hekk kif ix-xufier tal-Ministru Owen Bonnici allegatament saq fuq il-folla li kienet qed tipprotesta għar-riżenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat, tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Filmat: Inċidenti bejn ix-xufier tal-Ministru Bonnici u l-attivisti

Dawn l-iżviluppi seħħew wara li l-Erbgħa filgħodu ġie arrestat Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, li qed jiġi interrogat dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.