Ritratti: Il-Papa jaħsel riġlejn 12-il priġunier

Il-Papa Franġisku ħasel ir-riġlejn ta’ 12-il priġunier minn ħabs f’Ruma, barra l-Vatikan bħala parti mit-tradizzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka li beda ħames snin ilu.
Fid-diskors tiegħu, il-Papa saħaq li kull piena għandha tħalli ċ-ċans li wieħed jittama għal ħajja aħjar, filwaqt li kkundanna l-piena tal-mewt u rrefera għaliha bħala piena li mhix Kristjana u umana.
Ħames snin ilu, l-Papa Franġisku ħareġ ir-ritwal tal-ħasil tas-saqajn mill-Vatikan għas-soċjetà, fejn din is-sena żgħar il-ħabs Regina Coeli. Fost il-priġunieri magħżula kien hemm żewġ Musulmani u Buddhist.
Waqt il-Quddiesa l-Papa qal li d-deċiżjoni a’ Ġesù li jaħsel riġlejn id-dixxipli tiegħu juri kif li tkun mexxejj ifisser li gġandek tagħti servizz, madanakollu jsostni li l-eżempju ta’ Ġesù qed jiġi injorant minn bosta awtoritajiet.
Sostna li li kieku kull mexxej segwa fuq il-passi ta’ Kristu, mela kien ikun hawn bosta gwerer u massakri li ma kienux iseħħu.
Il-messaġġ tiegħu għall-priġunieri kien dak li ma jitilfux it-tama’ li xi darba jiġu maħfura ta’ għemilhom.
F’Malta, waqt il-Quddiesa tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-Ħasil tar-Riġlejn, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-bniedem irid jaċċetta l-ġest ta’ Ġesù. Żied jgħid li dan il-ġest ta’ servizz għandu jsir parti mill-istil tal-ħajja ta’ persuna.
Ritratti: Vatican Media