Ritratti: Il-Papa fil-kju biex jiekol mal-ħaddiema

Il-Papa Franġisku ta sorpriża lill-ħaddiema tal-Vatikan meta mar għall-għarrieda jiekol fil-kċina tagħhom.
Il-kok tal-ħaddiema, Franco Paìni, qal li baqa’ skantat meta ra l-Papa “joqgħod fil-kju bħall-ħaddiem komuni” biex bħalhom jiġbor l-ikel.
Qal li l-Papa faħħar ħafna l-ikel u dar lill-ħaddiema kollha jsaqsihom kif inhuma u x’jaħdmu.
Fl-aħħar tal-ikla l-Papa bierek lill-ħaddiema kollha u ħa ritratt magħhom.
Il-kok żied li għadhom s’issa sorpriżi biż-żjara tal-Papa u qal li dan kien l-ikbar sodisfazzjon li seta’ jirċievi għal xogħlu.