Ritratti: Il-mumenti tat-tħabbira ta’ Dun Anton Teuma bħala Isqof

Ritratti: Djoċesi ta’ Għawdex/Joe Grech

Read in English.

Matul il-ġurnata tal-Ħamis, in-Nunzju Appostoliku Mons. Alessandro D’Errico ħabbar li s-suċċessur tal-Isqof Mario Grech se jkun Dun Anton Teuma. Din l-aħbar ingħatat b’mod uffiċjali f’nofsinhar fis-Santwarju ta’ Pinu.

Teuma, li għandu 56 sena u huwa mill-parroċċa tax-Xagħra se jkun id-disa’ Isqof għad-Djoċesi ta’ Għawdex. Fil-formazzjoni tiegħu saċerdotali tiegħu, huwa ħadem bħala welder u electrician fl-Awstralja u kiseb il-liċenzja taż-żewġ snajja’.

L-Isqof il-ġdid huwa qassis li wara l-ordinazzjoni tiegħu wettaq ħidma pastorali f’Ruma u fl-1997 huwa ntalab biex iwettaq ħidma pastorali f’Għawdex. Fil-ġimgħat li għaddew diversi media lokali spekulaw b’mod żbaljat dwar min se jokkupa din il-ħatra. 

Matul il-ġurnata bosta kienu dawk li awguraw lill-Isqof Teuma għal din il-kariga fosthom il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u d-Deputat Nazzjonalista Chris Said.