Ritratti: Il-movimenti tal-kreaturi fi produzzjoni għat-tfal

Moveo Dance Company, ippremjata l-Premju għall-Arti bħala l-Artist tas-Sena 2017, se tippreżenta Blooming Creatures, produzzjoni għat-tfal ġot-Teatru Salesjan fis-7 u t-8 t’April, fis-6.30pm.
Il-produzzjoni hija ispirata min-natura, fejn il-koreografija nħadmet biex tesplora l-movimenti ta’ kreaturi fl-abitat tagħhom. Kull kreatura tiżviluppa interazzjoni unika mal-abitat tagħha skont il-bżonnijiet tagħha, kemm jekk tkun għan-nutrizzjoni, ossiġnu jew għall-għajxien.
B’koreografija ta’ Dorian Mallia u bi żfin minn Diane Portelli, Davide Cannata u Silvia Scalici, se jinħoloq ambjent kreattiv li mbagħad it-tfal jistgħu jingħaqdu maż-żeffiena fih wara l-ispettaklu.
Il-produzzjoni hija adattata għal tfal minn tliet snin ‘il fuq. Il-biljetti jibdew minn €8 u huma disponnibli minn hawn.