Ritratti: Il-MITA tiftaħ għall-pubbliku

Dalgħodu l-MITA fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku f’Open Day li ġiet organizzata fiċ-ċentru ta’ Santa Venera.
Il-pubbliku kellu l-opportunità li jara mill-qrib ix-xogħol li din l-aġenzija fil-qasam tat-teknoloġija.
Ħaddiema tal-MITA kienu dawk li dawru lill-viżitaturi mal-bini u spjegawlhom ix-xogħol x’ikun jikkonsosti.
L-istudenti wkoll kellhom l-opportunitàli jiltaqgħu mal-esperti li jaħdmu hawnhekk bil-għan li jsiru jafu aktar x’toffri din il-karriera.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar u l-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli kienu fost il-viżitaturi li żaru dan iċ-ċentru matul il-ġurnata.