Ritratti: Il-Ministru Abela jżur għall-għarrieda suldati u pulizija li kienu xogħol matul il-lejl

Lejliet l-ewwel tas-sena kien lejl impenjattiv għal korp tal-Pulizija iżda wieħed kwiet mingħajr inċidenti ta’ natura serja.
Matul il-lejl li għadda, il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela żar is-suldati u pulizja li kienu xogħol fixed point duty.
Il-Ministru beda minn Ħaż-Żebbuġ, fejn erba' suldati kienu għassa mar-residenza tal-Ambaxxatriċi Franċiża. 
Minn hemm mar Ħal Balzan iżur pulizija għassa mal-Ambaxxata Libjana.
Waqt iż-żjarat huwa qasmilhom rigal żgħir bħala apprezzament tal-ħidma li jwettqu.
Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela dalgħodu żar ukoll lill-pulizija fl-għassa tal-Belt Valletta.
Kemm il-Ministru kif ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar bagħtu messaġġ ta’ gratitudni u apprezzament lil-membri kollha tal-korp tal-ħidma b’mod professjonali  u dedikata li wettqu kemm f’dan il-lejl li għadda u f’dawn il-jiem ta’ festi.