Ritratti u filmat: Il-mexxejja tal-pajjiż jitfgħu l-vot tagħhom

Fid-disa’ ta’ dalgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Joseph Muscat, flimkien mal-mara tiegħu, tefgħu l-vot tagħhom f’Burmarrad. Fl-istess ħin tefa’ il-vot tiegħu anke ic-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Brigulio.

Fl-10 ta’ dalgħodu, il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi ivvota fl-iskola ta’ Wied il-Għajn.

Il-President ta’ Malta Dr George Abela ivvota f’Wied il-Għajn ukoll fil-10:45 ta’ filgħodu.

Matul il-ġurnata tefgħu wkoll il-vot tagħhom uffiċjali għolja oħra taż-żewġ partiti.

Ritratti u filmat: Daniel Balzan