Ritratti: Il-mexxejja Maltin jiċċelebraw flimkien Jum il-Ħelsien

Dalgħodu, il-President George Abela, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, iltaqgħu quddiem il-monument tal-Ħelsien, biex flimkien jiċċelebraw il-35 sena minn meta Malta nħelset minn kull qawwa barranija għall-ewwel darba fl-istorja tagħha.
Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew b'marċ minn Bormla sal-Birgu mill-banda tal-Forzi Armati. Wara li ndaqq l-innu tal-ħelsien, it-tliet mexxejja telgħu ipoġġu l-bukketti fuq il-monument u ndaqq l-innu nazzjonali.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħelsien qed ikomplu bħalissa bir-Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir. 

Ritratti: Jeremy Wannacott (DOI)