Ritratti: Il-mexxejja jonoraw lill-vittmi tal-gwerra

Rememberance Sunday Valletta
DOI

Bħal pajjiżi l-oħra tal-Commonwealth, Malta ċċelebrat Jum it-Tifkira.

Din is-sena ġiet ikkommemorata il-102 sena minn Jum l-Armistizju – it-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Din il-Gwerra Dinjija ġiet fi tmiema fil-11am, fil-11 il-ġurnata tal-11 il-xahar tal-1918. Dan il-Jum l-Armistizju inbidel f’Jum it-Tifkira li fihom jitfakkru l-vittmi tal-Gwerer kollha.

Il-President ta’ Malta spezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta. Ħadet sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.

L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż attendew għall-quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Charles Scicluna. Fl-Omelija l-Aċisqof stieden lil min għandu r-responsabilità fit-tmexxija biex jiftakru fl-għażliet li saru fit-tieni Gwerra Dinjija meta kellhom iħallsu prezz il-Maltin minkejja li d-deċiżjoniet ittieħdu lil hinn minn Malta.

Wara l-quddiesa, l-President flimkien mal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Ispeaker tal-Parlament, imxew lejn il-monument tal-Gwerra fil-Furjana fejn poġġew girlanda tal-fjuri lill-vittmi tal-gwerer.

F’messaġġ fuq Facebook il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni fakkru dan il-jum kommemorattiv.

F’Jum it-Tifkira, Malta bħall-bqija tal-pajjiżi tal-Commonwealth tat ġieħ lill-vittmi kollha taż-żewġ gwerer dinjija…

Posted by MaltaGov on Sunday, November 8, 2020

Illum bħala pajjiż, bħall-bqija tal-membri tal-Commonwealth fakkarna lil ħutna li mietu għal pajjiżhom fiż-żewġ gwerer…

Posted by Bernard Grech on Sunday, November 8, 2020