Ritratti: Il-magħmudija tal-Prinċep Louis

Il-familja rjali Ingliża ħarġet erba’ ritratti meħuda fil-magħmudija tal-Prinċep Louis, l-aħħar wild irjali għall-Prinċep William u d-Dukessa Kate.

Il-magħmudija saret fid-9 ta’ Lulju fil-Kappella Rjali fil-Palazz ta’ San Ġakbu.

Il-fotografu, Matt Holyoak, magħruf bħala fotografu taċ-ċelebritajiet, qal li kulħadd kien rilassat u b’burdata tajba dakinhar.

Ir-ritratti ttieħdu fil-kamra ta’ filgħodu u fil-ġnien ta’ Dar Clarence.

Din kienet l-ewwel okkażjoni meta l-familja tal-Prinċep William dehret fil-pubbliku kollha kemm hi bil-wild il-ġdid tagħha.

Il-Prinċep kien rieqed meta bdiet iċ-ċerimonja, u ommu Kate ddeskrivietu bħala rilassat u fil-paċi. “Nittama li jibqa’ hekk,” iċċajtat id-Dukessa mal-Arċisqof ta’ Canterbury.

Fir-ritratti jidhru d-Duk u d-Dukessa ta’ Sussex, il-Prinċep ta’ Wales u d-Dukessa ta’ Cornwall, kif ukoll il-familja ta’ Kate Middleton, inkluż oħtha Pippa u ħuha James.

Ir-Reġina ma attenditx għall-magħmudija ta’ Prinċep Louis.

Today, members of the Royal Family gathered at the Chapel Royal in St James's Palace for the Christening of The Duke and…

Posted by The Royal Family on Monday, July 9, 2018