Ritratti: Il-Madonna inkurunata issa għat-toroq f’Ta’ Sliema

Archdiocese of Malta

Illum, il-Madonna nkurunata, mistennija toħroġ f’purċissjoni mat-toroq tal-parroċċa f’Ta’ Sliema għall-ħabta tas-7:15pm. Skont l-organizzaturi, l-aħħar inkurunazzjoni ta’ statwa fil-Gżejjer Maltin saret propju f’Għawdex 45 sena ilu fl-1973, fuq il-Bambina tax-Xagħra. B’hekk, il-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema se tkun ir-raba’ statwa titulari inkurunata f’Malta.

L-istatwa ta’ Sidtna Marija tal-Qalb ta’ Ġesu ġiet inkurunata fil-parroċċa tas-Sacro Cuor f’Ta’ Sliema filwaqt li l-knisja ingħatat it-titlu ta’ Santwarju. Dan l-avveniment hekk importanti seħħ ilbieraħ, propju f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-parroċċa.

Il-Quddiesa Pontifikali kienet immexxija mill- Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna u kien assistit mill-Isqof ta’ Tripli, George Bugeja flimkien ma patrijiet oħrajn. Il-parruċċani wkoll attendew bi ħġarhom biex ikunu jistgħu jgħixu dan l-avveniment hekk importanti għall-parroċċa tagħhom.