Ritratti: Il-libertà u l-ħolm fuq fomm iż-żgħażagħ Maltin

Żgħażagħ Maltin qegħdin jipparteċipaw fi proġett ta’ skambju, imsemmi Dare to Dream, ma’ żgħażagħ barranin li jħeġġiġhom biex ikomplu jkunu ta’ servizz għal żgħażagħ oħra.

Dan l-iskambju qed isir ġo ŻAK House f’Birkirkara bejn is-Sibt 18 t’Awwissu u s-Sibt 25 t’Awwissu, bil-parteċipazzjoni ta’ 36 żagħżugħ u żagħżugħa mill-gruppi tal-Azzjoni Kattolika Maltija, Taljana u Rumena. It-tema li qed jaħdmu fuqha f’dan il-proġett hi l-libertà.

Tul din il-ġimgħa, iż-żgħażagħ qed jitgħallmu dwar l-istorja u l-kultura varja fit-3 pajjiżi involuti, pereżempju ż-żgħażagħ Maltin għandhom l-opportunità li jiċċelebraw ma’ sħabhom barranin il-festa ta’ Santa Liena f’Birkirkara.

Il-proġett hu parti mill-programm tal-ERASMUS+.