Ritratti: Il-lenti fuq it-toroq Maltin

Valletta empty due to coronavirus
Miguela Xuereb

Newsbook.com.mt dar dawra mat-toroq Maltin sabiex jara kif qed jidhru aktar kemm jgħaddi ż-żmien.

Aktar kemm jgħaddi ż-żmien, u aktar kemm jiżdiedu l-każi, jidher li t-toroq Maltin qed ikunu dejjem aktar vojta. Għajr għal ftit persuni li jidhru fuq stages Tal-Linja lebsin maskli protettivi.

Huma ftit ukoll dawk li qed jidhru jagħmlu użu mill-karozzi Tal-Linja. Hekk kif diversi persuni qed jobdu d-direttivi li qed joħorġu mid-Direttorat għas-Saħħa.

Minkejja dan, is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci, qalet li għad hawn diversi anzjani li qed jidhru fil-pjazez tal-irħula bħal qisu m’hawnx il-coronavirus fil-pajjiż.

Hi spjegat li l-anzjani qed jingħataw l-għajnuna kollha neċessarja sabiex ma jkollhomx bżonn joħorġu mid-dar. Intant talbet lill-qraba tal-anzjani sabiex iċemplulhom u jagħmlu kuntatt magħhom f’dan iż-żmien li miegħu jista’ jġib anke problemi ta’ saħħa mentali kawża tas-solitudni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn