Ritratti: Il-Kunsill ma ġiex avżat bit-tqaċċit ta’ siġar

Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex ma kienx mgħarraf jew ikkonsultat li ħaddiema tal-Gvern kienu se jaqilgħu s-siġar minn triq fir-Rabat.
Dan qalu s-Sindku tar-Rabat Samuel Azzopardi fejn qal li l-Kunsill Lokali tħalla “fil-għama”.
F’kumment fuq Facebook, is-Sindku qal li “la triq tal-Gvern, Kunsill ma jiġix mgħarraf aħseb u ara konsultat”. Aktar kmieni llum tqaċċtu l-14-il siġra li kienu jifirdu t-triq prinċipali mit-triq residenzjali viċin l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, preċiżament faċċata tal-kamra mortwarja tal-isptar.
Għadd ta’ ħaddiema dalgħodu dehru jużaw makkinarju tal-Gvern biex neħħew għal kollox is-siġar li kienu f’din it-triq.
Għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni li dawn tqaċċtu u għaliex ma ġiex avżat il-Kunsill Lokali. Dwar dan Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-Ministeru għal Għawdex. 

Kif kien qabel (Ritratt minn Google Street View):

Kif inhu bħalissa: