Ritratti: “Il-korruzzjoni toqtol”

Read in English.

‘Tlett snin mill-qtil ta’ Daphne’ u ‘l-korruzzjoni toqtol’ inkitbu mal-art f’toroq partikolari hekk kif illum jaħbat tlett snin mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-frażijiet bl-Ingliż “Corruption kills” u “Daphne 3 years” inkitbu quddiem zebra crossings, b’mod partikolari quddiem dik viċin l-uffiċċju tal-Prim Ministru, Kastilja u quddiem traffic lights.

Numru ta’ osservaturi politiċi kkumenttaw dwar dawn it-tip ta’ ‘slogans’ li jsiru f’ċerti postijiet hekk kif jirrifletti s-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna, dik ta’ f’salib it-toroq speċjalment wara dak li joħroġ mill-qrati ta’ Malta dwar l-assassinju tal-ġurnalista.