Ritratti: Il-Konkatidral ta’ San Ġwann f’Ħadd il-Palm

Il-Quddiesa ta' Ħadd il-Palm immexxijja mill-Arċisqof Charles Scicluna, saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Waqt il-Quddiesa, l-Arċisqof qal li l-Evanġelju ta’ San Mark li nqara llum jirrepeti diversi drabi l-idea tal-konsenja. Qal li f’dan il-jum l-Insara jiftakru fil-volontà ta’ missier li jagħti lil ibnu.
Ritratt: Il-Knisja f'Malta – Ian Noel Pace