Ritratti: Il-komunità tal-iGaming b’turnew biex jinġabru fondi għal Hospice Malta

Il-kommunità tal-iGaming f’Malta rnexxielha tiġbor €4,000 minn turnew tal-futbol. Dawn ingħataw lil Hospice Malta. Il-Blexr Cup saret nhar is-Sibt li għadda ġewwa l-grawnds tal-Luxol. B’kollox ħadu sehem 10 timijiet minn kumpaniji differenti. Huma ingħaqdu għal għan wieħed – li jiġbru l-flus.

Ir-rebbieħa tat-turnew kienu Tipico li rnexxielhom jirbħu l-aħħar logħba kontra BetClic 2-0. Iċ-ċekk bl-ammont ta’ flus li nġabru ġie ppreżentat lil Marisa Camilleri, ir-rappreżentanta ta’ Hospice Malta.

Bħala organizazzjoni, Hospice Malta sserraħ fuq donazzjonijiet bħal dawn biex tkompli toffri s-servizzi tagħha bla flus lil persuni b’mard terminali.