Ritratti: Il-Knisja tiċċelebra l-festa ta’ Corpus

Il-Knisja Kattolika llum qed tiċċelebra l-festa ta' Corpus Christi, jiġifieri is-solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej.
Il-festa ta' Corpus kienet tiġi ċċelebrata f'nhar Ħamis ix-Xirka għaliex proprju dakinhar, fil-preżenza tal-appostli, Kristu waqqaf is-Sagrament tal-Ewkaristija. Iżda minħabba s-solennità tal-festa tal-Għid, meta l-attenzjoni kollha tkun fuq il-mewt u l-qawmien ta' Kristu, il-festa ta' Corpus bdiet tiġi ċċelebrata Ħadd fuq il-festa tat-Trinità.
F'dan il-jum tant importanti għall-Knisja, l-Insara huma mħeġġa jaħsbu dwar l-importanza ta' Kristu Ewkaristija fil-ħajja tagħhom.
Fl-okkażjoni tal-festa ta' Corpus, dalgħodu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra Quddiesa u wara mexxa purċissjoni qasira bis-Sagrament Imqaddes, mat-toroq tal-Belt Valletta.

Ritratti: Reel8 Productions