Ritratti: Il-kelba salvata minn nofs ta’ baħar

MESDC_PS

Flimkien mat-58 immigrant li ġew salvati minn fuq l-MV Aquarius aktar kmieni llum, ġiet salvata wkoll kelba tar-razza Maltese Terrier Cross.

Waranofsinhar, uffiċjal veterinarju ħa l-kelba minn fuq id-dgħajsa tal-Forzi Armati f’Xatt it-Tiben fi kwarantina tal-annimali f’Ħal Luqa, fejn iċċekkjaw saħħitha. Mit-testijiet preliminari, qal il-Ministeru għad-Drittijiet tal-Annimali fi stqarrija, jidher li l-kelba hi f’saħħitha u m’għandhiex traċċi ta’ mard.

Bħalissa, il-kelba tqiegħdet waħedha fi kwarantina, sakemm isirulha aktar testijiet.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien minn tal-ewwel li xerred ritratt tal-kelba fi tweet.