Ritratti: Il-kastell li sabu t-tfal f’San Ġwann dalgħodu

Timmaġinak ta’ tliet snin dieħel l-iskola għall-ewwel darba, fix-xita, miexi fuq tapit aħmar, u ssib re u reġina jilqgħuk fil-bieb ta’ ‘kastell’?

Dan hu dak li għexu għadd ta’ tfal ta’ bejn tlieta u ħames snin li bdew l-iskola llum fl-Iskola Primarja ta’ San Ġwann.