Ritratti: Il-karozza tintradmilha bil-knatan… u tlaqqat ċitazzjoni!

Sidt karozza f’Ħaż-Żebbuġ ħadet qatgħa doppja hekk kif mhux talli sabet il-karozza mirduma bil-knatan, imma sabet ukoll ċitazzjoni minn gwardjan lokali għax ħalliet il-karozza f’dak l-istat.
Il-każ seħħ fi Triq Karmen Mikallef Buhagiar ilbieraħ filgħodu.
Il-mara qalet li meta n-nies rawh jagħtiha ċitazzjoni, qalulu x’kien għadu kif ġara, iżda ddeċieda li jimmultaha xorta waħda.
Il-karozza ġarrbet ħsara kbira hekk kif ċint waqa’ fuqha.
Ritratti: Facebook