Ritratti: Il-Karnival tan-Nadur wara nżul ix-xemx

Anaca Photography

Il-Karnival tan-Nadur kompla għaddej fil-ġurnata tal-Ħadd propju wara nżul ix-xemx. Dan hekk kif mijiet ta’ persuni u gruppi, inkluż Maltin u turisti, ingħaqdu man-Nadurin għal festa oħra ta’ kostumi u maskli.

Fost il-kostumi oriġinali, spikkaw ħafna dawk mimlijja satira u li jkopru ġrajjet kurrenti u popolari. Il-karnival se jibqa’ għaddej sa nhar it-Tlieta filgħaxija.