Ritratti: Il-kaċċaturi u n-nassaba jaqbdu l-kamera flok is-senter…

Għalkemm bħalissa huwa żmien il-kaċċa, il-membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti Maltin (FKNK) mhumiex biss ipoġġu u jimmiraw għall-ajru bis-senter. Uħud minnhom qabdu l-kamera minflok.
Mhijiex biss is-summiena, l-unika speċi kaċċabbli għal dan l-istaġun, li tfiġġ f’dawn iż-żminijiet. Tipi ta’ għasfar oħra jbejtu u jtajru l-frieħ ukoll fil-gżejjer Maltin.
Fost l-oħrajn, skont ritratti mibgħuta lill-FKNK, ġew osservati Agretti Bojod u tal-Bhejjem, Tiġieġ tal-Baħar, Glalez Suwed u Gamiem tal-Kullar.
L-FKNK qalet li l-membri tagħha tellgħu mijiet ta’ ritratti ta’ dan it-tajr fuq il-midja soċjali, okkorrenzi li seħħew meta l-kaċċaturi u n-nassaba kienu qegħdin fl-inħawi tal-kaċċau u l-insib tagħhom.
Hija temmet tirringrazzja lill-membri tagħha għall-kontribut tagħhom fil-bijodiversità sostnuta mill-isforzi tagħhom biex jimmaniġġjaw l-art li fuqha jonsbu u jikkaċċjaw.
Ritratt 1: Merill miġbud minn Benny Scerri
Ritratt 2: Bagħdan Abjad mara miġbud minn Stephan Chircop
Ritratt 3: Irmiedi mara miġbuda minn Kevin Francica
Ritratt 4: Gallozz Iswed miġbud minn Benny Scerri
Ritratt 5: Irsieset Griżi miġbuda minn Patrick Spiteri