Ritratti: Il-kaċċaturi fil-PE

L-għaqda tal-kaċċaturi bħalissa tinsab f’Brussel fejn flimkien ma’ għaqdiet oħra simili membri tal-FACE qed jiltaqgħu mal-Ewroparlamentari ta’ kull pajjiż. Dan qed isir bl-għan li jerġa’ jitwaqqaf l-intergroup tal-kaċċa fil-Parlament Ewropew.

Joseph Perici Calascione u Lino Farrugia qed jirrappreżentaw lill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Huma se jkunu qed jieħdu sehem fl-Assembleja Ġenerali u l-laqgħa tal-bord tal-FACE.

Il-kap tad-delegazzjoni u Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli flimkien ma’ Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar u Alfred Sant irreġistraw biex jerġa’ jitwaqqaf l-intergroup. L-FKNK irringrazzjathom talli attendaw l-avveniment. Il-kap tad-delegazzjoni u Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola ltaqgħat mar-rappreżentati tal-FKNK qabel l-avveniment hekk kif hi ma setgħetx tattendi.