Ritratti: Il-ħerba li ħallew warajhom il-ħallelin

Ritratti li jixhdu l-ħerba li ħallew warajhom żewġ persuni armati fil-ġojjellerija Diamonds International li jinsab Tignè. Qalb il-ħġieġ imfarrak jidher xi tiċpis ta' demm, allegatament ta' wieħed mill-ħallelin, kif ukoll l-għodda li ntużat biex tkissru l-vettrini. Dettalji ta' x'ġara jinsabu hawn.
Ritratti: Ian Noel Pace