Ritratti: Studenti jduqu prodotti tal-ħarrub ippreparati minn sħabhom

L-istudenti kollha tat-tmien sena fl-iskola Medja tal-Kulleġġ ta’ Għawdex ħadmu mal-kumitat biex jitgħallmu permezz ta’ riċerka dwar is-siġra tal-ħarrub, li hija siġra indiġena u protetta fil-gżejjer Maltin. 
Minbarra li tgħallmu dwar l-importanza ta’ din is-siġra, l-istudenti kellhom iċ-ċans jippreparaw prodott tradizzjonali: il-ġulepp tal-ħarrub kif ukoll jużaw riċetti li jagħmlu użu mid-dqiq tal-ħarrub għall-kejkijiet u smoothies fost l-oħrajn.
Waqt Open Day li saret il-Ġimgha li gġħaddiet, il-kumitat flimkien mal-istudenti l-oħra esebixxew ix-xogħol li irriżulta mir-riċerka li saret matul dawn l-aħħar xhur, varaw fuljett dwar is-siġra tal-ħarrub b’informazzjoni dwarha u l-prodotti tagħha, u ġabra ta’ riċetti bil-ħarrub bħala ingredjent prinċipali.
L-istudenti daqu l-prodotti li għamlu sħabhom stess kif ukoll kellhom iċ-ċans jixtru ġulepp tal-ħarrub u taħlita tal-kejk ippreparat mill-istudenti bl-għajnuna tal-għalliema. 
Il-pjan ta’ azzjoni tal-kumitat tal-EkoSkola hu li jiffoka fuq l-użu u konsum ta’ ikel lokali, staġjonali u mingħajr pestiċidi, u fl-istess ħin jaħdem favur it-tnaqqis ta’ skart u iktar apprezzament tal-kampanja Maltija u ir-riżorsi tagħha.