Ritratti: Il-grupp ta’ ċiklisti tal-lifecycle iħalli Malta

Il-grupp ta’ ċiklisti li se jkun qed jieħu sehem fil-maratona ta’ din is-sena ta’ Lifecycle ħalla Malta llum wara nofsinhar. Din is-sena r-rotta se tibda f’Belarus u tispiċċa fir-Russja.

F’kelmtejn qabel ħallew Malta, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ferħilhom għal dan il-kuraġġ u s-sens ta’ missjoni li għandhom, missjoni li minnha ser igawdu mhux huma biss permezz ta’ saħħa aħjar, imma dawk il-persuni li ser jibbenefikaw mill-fondi li qed jinġabru. 

Din il-maratona bdiet fl-1999 u b’kollox żaru mas-36 pajjiż differenti. Din is-sena il-maratona ser tkun twila madwar 2,000 kilometru u mistenni ddum għaxar t'ijiem.

Ritratti: Iċ-ċiklisti fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.