Ritratti: Il-Gozo Half Marathon b’rekord ta’ parteċipanti

Għadd rekord ta’ atleti ħadu sehem fit-Teamsport Gozo Half Marathon.  Iktar minn 1,250 parteċipant ħadu sehem f’waħda mit-tlielaq. 
L-avveniment, barra min-nofs maratona u t-tellieqa tat-tmien mili, kien jinkludi wkoll tlielaq kompetittivi ta’ 5km u ta' 2km għat-tfal, walkathon ta’ 8 mili u oħra ta’ 5km, kif ukoll tlielaq tal-familja ta’ 5km u ta’ 2km. 
L-atleti li pparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is sena kienu ġejjin minn 57 nazzjon differenti. 
Ir-rebbieħ tat-42 edizzjoni tan-nofs maratona hu Nuradin Shifa Mahamede, atleta Etjopjan, li għamel it-tellieqa f’ħin ta’ (01:15:25:778).  Warajh daħal Ollie Garrod u mbagħad Gian Pietro Atanasi, li lestew it-tellieqa f’ħin ta’ (01:15:59:031) u (01:19:56:504) rispettivament. L-ewwel Malti li daħal kien Drew Lang, f’ħin ta’ 01:21:43:485 waqt li l-ewwel Għawdxi kien Matthew Xuereb f’ħin ta’ 01:26:33:457. 
Mill-qasam tan-nisa, l-ewwel mara li qabżet il-linja tal-istess maratona kienet Josann Attard Pulis, f’ħin ta’ (01:31:25:673). Fit-tieni post insibu lill Maltija oħra, Marica Micallef (01:37:40:884) u fit-tielet post lit-Taljana Federica Bongiovanni (01:38:45:125). L-Għawdxija Felicienne Mercieca kienet ir-raba’ waħda li daħlet, f’ħin ta’ (01:43:10:330). 
Dillon Cassar ġie l-ewwel fit-tellieqa ta’ 8 mili bil-ħin ta’ 00:45:54:976, waqt li l-Għawdxi Stefan Azzopardi daħal ftit tas-sekondi warajh f’ħin ta’ 00:45:56:474. Motasim Yosef ikklassifika t-tielet bil-ħin ta’ 00:46:10:222. 
Roberta Schembri kklassifikat bħala l-ewwel mara fit-tellieqa ta’ 8 mili bil-ħin ta’ 00:49:56:210, segwita minn Doreen Camilleri (00:53:38:923) u Tara Abdilla (00:54:20:667). L-ewwel Għawdxija kienet Charla Pia Vella (01:03:42:111). 
Jacob Greengrass (00:17:43:664) u Pamela Camilleri (00:23:16:637) kklassifikaw l-ewwel tifel u tifla fit-tellieqa tal-5km. Fit-tellieqa taż-2km, Isaac Bonnici ħa l-ewwel post tas-subien bil-ħin ta’ 00:06:09:504, filwaqt li l-Għawdxija Leah Said ikklassifikat fl-ewwel post tal-bniet bil-ħin ta’ 00:07:08:741. TriGozo rebaħ il-premju tal-klabb bl-aktar parteċipanti. 
Il-lista sħiħa tar-riżultati u r-rebbieħa tinstab fuq is-sit elettroniku
Is-sena d-dieħla t-Teamsport Gozo Half Marathon se ssir fit-28 ta’ April.