Ritratti: Il-funerali tal-vittmi fl-attakk f’Barċellona

45 kumpanija li jorganizzaw il-funerali u li jieħdu ħsieb id-dfin offrew li jagħmlu bla ħlas, il-funerali tal-vittmi tal-attakk terrorsitiku f’Barċellona.
Illum waranofsinhar, hekk kif is-suspettati tal-attakk tressqu l-Qorti, sar il-funeral ta’ Ana Suarez, li għandha fuq is-60 sena u li mietet fl-attakk f’Cambrils. Hija ndifnet f’Zaragoza.
Ilbieraħ sar il-funeral ta’ tnejn mill-vittmi, b’mijiet jinġabru fi knisja f’Katalonja biex jagħtu l-aħħar tislima lit-tifel ta’ tliet snin u zijuh ta’ 65 sena.
Sadanittant, xeni ta’ luttu wkoll iddominaw f’Ruma, hekk kif waslu l-Italja, il-katavri ta’ Luca Rosso u Bruno Gulotta.
Fl-istess waqt, il-baħar ta’ fjuri f’Las Ramblas, kulma jmur qiegħed dejjem jikber.