Ritratti: Il-funeral tal-Isqof Adeodato Micallef

Illum saret il-Quddiesa praesente cadavere tal-Isqof Francesco Adeodato Micallef O.C.D fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Waqt l-omelija, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna qal li jittama li t-tifkira tal-Isqof Adeodato Micallef fis-sempliċità u dedikazzjoni tiegħu tkun bħal kewkba tiddi, mhux biss fil-memorja tal-Knisja fil-Kuwajt iżda fil-Knisja Universali.

Min kien Adeodato Micallef?
Adeotato Micallef twieled fis-17 ta’ Diċembru 1928, iben George u Marianna Micallef, minn Birkirkara. Fl-età ta’ 18-il sena ngħaqad mal-Ordni tal-Karmelitani Skalzi.
Bejn is-snin 1950-1955 studja t-teoloġija f’Ruma fejn ħa l-kwalifika fit-teoloġija.
Ħa l-aħħar voti tiegħu fis-sena 1951 u sar membru tal-Ordni. Fis-sena 1954 huwa kien ordnat qassis. Meta ġie lura minn Ruma tgħallem it-teoloġija morali.
Ritratti: Kurja – Ian Noel Pace