Ritratti: Il-festa ta’ San Ġorġ Preca mill-Ħamrun għal Santa Venera

Illejla sar pellegrinaġġ għall-Knisja Parrokkjali ta' Santa Venera, fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorġ Preca.
Qabel sar l-għasar fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu l-Ħamrun. 
Mal-wasla f'Santa Venera, l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa. 
Din inzertat ukoll mal-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal-Parroċċa ta’ Santa Venera.

Eżatt bħal-lum 18-il sena ilu, fid-9 ta’ Mejju, 2001, San Ġorġ Preca kien sar Beatu waqt quddiesa ċċelebrata minn San Ġwanni Pawlu II fuq il-Fosos tal-Furjana, flimkien mal-Beati Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani.

Dun Ġorġ, li kien il-Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, MUSEUM, twieled fl-1880 u miet fl-1962.
Il-kawża biex isir qaddis bdiet fl-1975 u 32 sena wara, permezz ta’ żewġ mirakli bl-interċessjoni tiegħu, il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2007, Dun Ġorġ Preca sar qaddis.
Ritratti: Ian Noel Pace