Ritratti: Il-Cape Ray jitlaq mill-Calabria mimli bl-armi kimiċi Sirjani

Bit-trasferiment tal-aħħar kontejner, fil-port ta’ Gioia Tauro fil-Calabria, wasal fi tmiemu t-trasbord tal-armi kimiċi Sirjani mill-bastiment Ark Futura għal fuq Cape Ray.
Mgħobbi bi 78 kontejner li fihom 800 tunnellata ta’ armi kimiċi, il-bastiment Amerikan Cape Ray ħalla l-port skortat mill-Marina militari biex ikun jista’ jinnewtralizza l-armi f’ibħra internazzjonali.