Ritratti: Il-Belt ta’ Vittoriosa msaħħra bil-“vuċi” ta’ Freddie Mercury

Ritratt: Miguela Xuereb

Għaddiet ftit aktar minn ġimgħa u bosta huma dawk li għadhom jitkellmu dwar il-kunċert tal-artist Kanadiż Marc Martel li l-vuċi tiegħu hija identika għal dik ta’ Freddie Mercury.

Il-kunċert uniku b’risq il-fondazzjoni filantropika The Marigold Foundation rat lil Marc Martel iwassal l-aqwa siltiet tal-grupp mużikali Queen waqt it-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort.

‘We Will Rock You”, “Bohemian Rhapsody”, “Somebody to love”, u “We Are the Champions” kienu ftit mis-siltiet li ġew interpretati fil-Marina tal-Belt Vittoriosa għad-dell tas-swar imponenti tal-Forti Sant’Anġlu.

newsbook.com.mt  kien ukoll preżenti għal dan il-kunċert biex iwasslilkom tifkira ta’ kunċert tassew memorabbli.