Ritratti: Il-Belt nadifa tazza wara l-ftuħ ta’ Valletta 2018

Wara li ntemmet is-serata tal-ftuħ tal-Valletta 2018, id-Dipartiment għat-Tindif tat-Toroq ħareġ sabiex jaċċerta li t-toroq tal-Belt ikunu nodfa qabel ma tisbaħ il-ġurnata tal-Ħadd.
Wieħed forsi jaħseb li jekk jidħol il-Belt illum kien se jsib ħerba sħiħa minħabba l-folla rekord li mxiet madwar il-Belt ilbieraħ filgħaxija.
Minkejja dan, skont il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, mal-5am it-toroq kienu kollha ndaf tazza u għaldaqstant irringrazzja lil dawn il-ħaddiema tax-xogħol tagħhom fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Ritratti: Owen Bonnici