Ritratti: Il-Belt lura għan-normal?

Miguela Xuereb

Hekk kif diversi ħwienet, partikolarment tal-ħwejjeġ u prodotti mhux essenzjali oħrajn reġgħu bdew jiftħu mil-lum, wieħed bħal jibda jistaqsi, “tgħid il-Belt lura għan-normal?”

Jidher li kienu diversi dawk li sabu x-xoqqa f’moxtha u rħewlha sal-Belt Valletta biex iżuru wħud mill-ħwienet li ddeċidew li jerġgħu jiftħu wara li ġew illaxkati l-miżuri dalgħodu.

Filwaqt li ħafna jidher li qed jobdu l-ordnijiet tas-Saħħa Pubblika sabiex jilbsu l-maskri jew visors waqt li jkunu barra biex iżuru ħwienet, jidher li mhux kulħadd fehem l-importanza ta’ din il-miżura ġdida li daħlet fis-seħħ mil-lum. Dan minkejja li skont dak li qalet Prof. Charmaine Gauci dalgħodu, min jinqabad jipprova jaċċessa ħanut mingħajr maskra jkun qed jikser il-liġi.

Xena partikolarment interessanti kienet dik ta’ mara li ddeċidiet li toħroġ dawra bil-kelb fil-Belt Valletta u libsittlu maskra, sabiex tipproteġi lilu wkoll.

Miguela Xuereb

Il-Prim Ministru wkoll deher fil-Belt Valletta llum hekk kif waqaf jitkellem u jieħu xi ritratti mad-diversi persuni li ltaqgħu miegħu fi Triq ir-Repubblika.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn